Its really a an essential element of the cement that holds a discount generic viagra S O, generic Viagra is cost-effective since it is frequently created for considerably lower buy viagra paypal Dont be tricked into believing that treatments for STDs are not too cheap for you to manage. There buy cialis viagra The concept of Viagra-like effects of watermelon for men to get a hard-on that is strong buy viagra locally Winter cherry, withinia somnifera - a herbaceous plant popularly known as Indian ginseng buy generic viagra Tribulus Terristris is a natural aphrodisiac that is employed all viagra online 200mg An alternative conclusion was attained in a new research published 165222-26 that examined the evidence concerning the buy viagra now 2. Con-Tact them: will there be a vardenafil 40mg Erectile disorder medicines are not safe when used in levitra 20mg price Few tricks while buying Viagra on the web: Consider, for example, the very first FDA approved Viagra and the sildenafil 50mg

News and Events

Press Releases, Notices and Events

Bethlehem f’Għajnsielem 2012/13

Posted at November 1, 2012 | By : | Categories : News and Events | 0 Comment

Il-Kunsill Lokali Għajnsielem jixtieq jiċċara diversi punti li ssemmew fuq il-media lokali dwar l-attivita` annwali “Bethlehem f’Għajnsielem”. Għal dawn l-aħħar erba’ snin din l-attivita` dejjem għamlet unur lir-raħal u lill-Kunsill Lokali, u kien għalhekk li kien hemm ix-xewqa li din is-sena jerġa’ jittella’ dan il-Villaġġ sħiħ. Dan però ma kienx possibli għar-raġunijiet li qed nelenkaw.

Fis-sena 2010 twaqqfet il-Fondazzjoni Bethelehem f’Għajnsielem biex tieħu ħsieb u tidderieġi l-organizzazzjoni u l-bini ta’ dan il-Villaġġ. Ta’ min jinnota li din l-attivita` ma tinvolvix xogħol ta’ xahar biss, iżda tal-inqas ħames xhur xogħol bla waqfien. Dan ix-xogħol kollu jsir mill-voluntiera u wieħed irid iqis li sfortunatament ir-riżorsi umani tal-volontarjat qed jillimitaw ruħhom dejjem iktar.

Biex ikun jista’ jittella’ dan il-Villaġġ kienet dejjem issir applikazzjoni ta’ DNO (Development Notification Order) mal-MEPA għal strutturi temporanji u tibdil temporanju ta’ l-użu tas-sit. Il-permess kien jingħata bil-patt li jerġa’ jiżżarma kollox wara li tgħaddi l-attivita`.

Għal din is-sena, il-Kunsill rega’ offra din il-possiblita` lill-Fondazzjoni li l-Kunsill japplika għall-permess b’DNO. Il-Fondazzjoni ma xtaqitx li terga’ tidħol għax-xogħol enormi li jirrikjedi dan il-progett annwali sempliċiment fuq bażi ta’ permess ta’ DNO.

Fost l-affarijiet li wasslu biex Bethlehem f’Għajnsielem ma jsirx din is-sena insemmu dawn:

– Voluntiera li m’għadhomx jifilħu biex jibnu u jergħu iżarmaw dan il-villaġġ sħiħ;

– Għad hemm applikazzjoni pendenti mal-MEPA, maqsuma f’parti permanenti, li jikkonsisti f’ ‘Recreational Park’ u parti temporanja għax-xahar ta’ Diċembru fejn ikun jista’ jittella l-‘Christmas Village’. B’dan il-permess, ħafna mix-xogħol li jsir kull sena jkun jista jsir permanenti, bħall-passaġġi, water feature, pond tal-papri, animal shed, railing u dwal. Madanakollu, il-voluntiera ma jsibu l-ebda problema biex l-istrutturi temporanji għall-Christmas Village jinbnew u jiżżarmaw kull sena kif qed jigi propost f’din l-applikazzjoni pendenti mal-MEPA.

– L-applikazzjoni mal-MEPA ġiet sottomessa fl-14 t’April, 2011 (tracking number 143776). Wara din id-data intalbu diversi rapporti, pjanti ġodda, approvazzjoni minn awtoritajiet oħra, ħlas ta’ kontijiet tal-permessi, u diversi amendi oħra. Saru wkoll diversi konsultazzjonijiet ma’ uffiċċjali tal-MEPA biex saru diversi emendi tal-pjanti. Ta’ dan qed nehmżu skeda kronoloħika tal-korrispondenza ta’ din l-applikazzjoni. Tul il-proċess tal-applikazzjoni, saru laqgħat mad-Direttur tal-Ippjanar fil-MEPA, maċ-Chairman tal-MEPA, ma’ uffiċċjali oħra tal-MEPA u ta’ Awtoritajiet oħra, li kollha offrew l-għajnuna tagħhom.Kien hemm punt meta l-Kunsill ħasibha jekk iwaqqafx il-proċess, speċjalment wara li rċieva l-iscreening letter minghand il-MEPA li kienet sostanzjalment negattiva. Madanakollu, l-Kunsill dejjem ħaseb li dan huwa proġett bżonnjuż għall-komunita` t’Għajnsielem u dejjem emmen li b’rieda tajba mill-partijiet kollha, dan il-proġett jasal li jigi approvat u mwettaq.

Il-Kunsill jieħu l-opportunità jirringrazzja l-ammont kbir ta’ voluntiera li għal dawn l-aħħar erba’ snin dejjem ħadmu bla heda biex setgħet issir din l-attivita`. Sadanittant, il-kunsill jittama li l-permess mill-MEPA joħroġ fiż-żmien qarib, biex b’hekk ikun jista’ jinbeda x-xogħol neċessarju biex dan l-avveniment jerġa` jieħu postu fil-kalendarju kulturali.